Fil-31 ta’ Diċembru se jkun qed jittella’ spettaklu mingħajr ħlas fil-Kottonera – b’ċelebrazzjoni għas-sena l-ġdida, is-sena tal-2024.
F’dan l-ispettaklu wieħed se jkun jista’ jisma diversi kanzunetti ta’ kantanti lokali u DJ’s rinomati, fosthom DJ Luca Lorenzo u l-kantant Malti Kurt Calleja flimkien mal-band tiegħu. Is-serata se tkun qed titmexxa mill-komiċi Maltin, Danusan.
Is-serata, li daħlet fit-tieni sena tagħha, qed tittella’ b’kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Bormla, l-Isla u l-Kalkara flimkien mar-Reġjun Port bis-sapport tal-Fondazzjoni Kottonera u Visit Malta.
Dawk illi jattendu din is-serata, jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku fosthom bil-baħar.
//= $special ?>