Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 81 sena li joqgħod Ħal Luqa sofra minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza misjuqa minn
raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-10:15 am fi Triq il-Gudja, Ħal Luqa.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.