Andrè Muscat
BALZAN………..0
VALLETTA……..0
Balzan : D. Golovic, I. Bozovic (N. Zerjal 90’), A. Prates, S. Arab (D. Farrugia 90’), P. Fenech, J. Grech, D. Awosanya, R. Michibuchi (B. Hili 77’), A. Katanic (U. Olawale 68’), N. Braunovic (T. Caruana 46’), M. Raso
Valletta : J. Galea, J. Bolanos, E. Ruiz, O. Barrientos, S. Dimech (H. Silas 90’), F. Falcone (J. Benites 22’), B. Paiber, L. Prestes, J. Vega, A. Micallef, E. Garba
Imwissija: L. Prestes 36’(V), I. Bozovic 61’ (B), M. Raso 74’(B), A. Micallef 77’ (V)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri
BOV Plejer tal-Logħba: B. Paiber (V)
Il-Mument Plejer tal-logħba: J. Benites (V)
F’logħba missielta fl-Istadium Nazzjonali Balzan u Valletta spiċċaw fi draw li ma’ jikkuntenta lill-ħadd, bil-Beltin ikunu ftit aħjar minn Balzan iżda għal darb’oħra sabuha diffiċli biex jippenetraw id-difiża tal-avversarji.
Fit-12-il minuta tasal l-ewwel azzjoni tal-partita mit-tim ta’ Valletta, kien korner ta’ Brandon Paiber, fejn bir-ras Garba jara’ l-ballun jagħddi ftit barra.
Valletta jerġgħu jippruvaw jiftħu l-iskor fl-24 minuta, meta Jose Vega avvanza fuq il-lemin u prova cross shoot, bil-goalkeeper Golovic isalva.
Andre Prates ikun strumentali għal Balzan, meta fis-26 minuta imblokka xutt ta’ Garba, wara li l-goalkeeper ta’ Balzan kien megħlub wara li kien għadu kif salva xutt ta’ Brandon Paiber.
Fit-38 minuta Valletta għal darb’ oħra fuq l-attakk din id-darba permezz ta’ Garba li mil-lemin jitfa’ kross, bil-ballun jinżel f’saqajn Enzo Ruiz b’dan tal-aħħar jipprova xutt bid-dawra bil-ballun jagħddi ftit barra.
L-ewwel azzjoni għall-Balzan lejn il-lasta Beltija tasal minuta minn tmiem l-ewwel taqsima mill-plejer Niġerjan Awosanya iżda dan ra x-xutt tiegħu slavat bla diffikultà mill-goalkeeper Belti Jake Galea.
F’taqsima movimentata miż-żewġ timijiet rispettivi fl-ewwel taqsima, Balzan u Valletta daħlu jistrieħu f’parità ta’ 0-0, mat-tisfira tar-referee Matthew De Gabriele.
Fil-55 minuta tasal l-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima, meta Brandon Paiber avvanza u għadda lejn Benites, b’dan tal-aħħar jitfa’ kross lejn ix-xellug fejn Garba waħdu quddiem il-lasta ma’ jilħaqx u l-ballun baqa’ sejjer barra.
Azzjoni mill-isbaħ bejn Benites u Paiber fid-59 minuta, b’dan tal-aħħar wara li bidel il-ballun ma’ Benites, jipprova xutt minn barra l-kaxxa bil-ballun jgħaddi ftit barra.
Jerġa’ jkun Benitez fil-65 minuta li prova xutt minn barra l-kaxxa l-kbira b’Golovic isalva u jdawwar f’korner.
Awosanya ta’ Balzan javanza lejn il-lasta Beltija fit-83 minuta, u kif jasal f’tarf il-kaxxa l-kbira jittanta xortih, bil-ballun jispiċċa ftit għoli mil-lasta ta’ Jake Galea.
Azzjoni mibdija minn Garba fid-90 minuta bl-attakant Belti jiftaħ lejn Brandon Paiber lejn il-lemin, b’dan tal-aħħar jara x-xutt tiegħu jagħddi ftit barra.
Mat-tisfira finali ta’ Matthew De Gabriele, iż-żewġ timijiet Balzan u Valletta rispettivament jieħdu punt kull wieħed minn dan il-konfront, punt li ma jikkuntenta lil ħadd speċjalmet lil Valletta li baqgħu fiż-żona relegazzjoni.
