“Matul is-snin saru bosta inizjattivi sabiex jitnaqqas ir-rimi llegal tal-iskart. Fost dawn l-inizjattivi nsibu t-twaqqif tal-agenzija Clean Malta li nediet l-app Clean Malta kif ukoll il-facilita tal-freephone 1718 li skont NadurNadif u Ghawdix ghenet b’mod sinjifikanti fir-rappurtat ta’ rimi ta’ skart illegali” saħħqu l-entitajiet NadurNadif kif ukoll Għawdix.
Wara li NadurNadif u Ghawdix iltaqghu ma’ Clean Malta u EcoGozo dawn raw li l-app Clean Malta tista’ tintuza wkoll f’Ghawdex. Fil-fatt ittieħdet azzjoni fil-pront billi f’Novembru ġie rrapurtat każ ta’ rimi illegali fuq art pubblika lill-EkoGozo. Sfortunatament minkejja r-rappurtar f’waqtu,illum s-sitwazzjoni għadha l-istess bl-iskart jibqa jiżdied b’mod viżibbli. Saħansitra is-sitwazzjoni kompliet tiggrava riżultat tax-xita li għamlet riċentament. Din hija sitwazzjoni ta’ skoraggiment lil voluntiera li qed jahdmu ghal preservazzoni tal-ambjent.
Għaldaqstant NadurNAdif kif ukoll Għawdix qed jitolbu lill-awtoritajiet konċernati biex jindirizzaw u jsolvu din is-sitwazzjoni fis-sit ta’ rimi llegali rrappurtat. Barra minn hekk huma jisħqu li hemm bżonn tingħata importanza lil kampanji nazzjonali Għawdxin. Intant huma saħqu li hemm bżonn li jissalvagwardjaw l-integrita ambjentali ta’ Għawdex.
Dawn l-entitajiet jappellaw lil pubbliku ġenerali biex jaġixxu b’mod responsabbli u biex jagħmel użu mis-servizzi u l-faċilitajiet bla ħlas disponibbli għar-rimi tal-iskart
//= $special ?>