Formula 1 Sport

Isem ġdid għat-tim tas-Sauber fil-Formula 1

(Ritratt: EPA)

Mill-istaġun li ġej it-tim tas-Sauber li jikkompeti fil-Formula 1 se jkun jismu ‘Stake F1 Team Kick Sauber’.

Dan wara li l-isponsor ewlieni tat-tim, Alfa Romeo, mhux se jibqa’ bħala wieħed mill-isponsors. Ir-rappreżentant ewlieni tat-tim Alessandro Alunni Bravi qal li t-tim dejjem fittex li jkun innovativ u l-isem il-ġdid se jkun qed jirrapreżenta ż-żewġ sponsors ewlenin tat-tim, Stake, li huwa sit tal-casino u l-betting kid ukoll Kick li hija sit tal-videos li hija wkoll parti waħda mill-kumpaniji ta’ Stake.

Għall-istaġun li ġej is-sewwieqa tas-Sauber se jkunu għal darb’oħra Zhou Guanyu u Valtteri Bottas, bil-magna se tkun Ferrari qabel ma fl-2026 din issir Audi.