Lokali

Jinġema’ ammont kbir ta’ traffiku wara inċident fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi

Fortnatament ħadd ma weġġa’ wara ħabta li seħħet bejn żewġ karozzi għall-ħabta tat-3 pm fi Triq l-Imdina, Qormi.

Kaġun tal-inċident li seħħ bejn Ferrari u Ford Kuga wassal biex it-triq ingħalqet għat-traffiku sakemm waslet l-assistenza ta’ membri tal-Pulizija u ta’ Transport Malta biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Fil-post issejħet ambulanza iżda ż-żewġ partijiet irrifjutaw l-assistenza medika.