Andrè Muscat
BIRKIRKARA………………. 3
GŻIRA UNITED……………. 2
Birkirkara : M. Zapytowski, J. Pajovic, E. Pepe, Y. Yankman, P. Mbong, K. Zammit, A. Stariano, N. Micallef, A. Diakite, M. Maia, A. Ciolacu
Gżira United : D. Zarkov, C. Conceicao, G. Bohner, A. Borg (B.Borg 76’), T. Aldama, Z. Scerri, M. Dias (H. Kabar 84’), L. Ribeiro, F. Romero (A. Essaka 84’), J. Costa Silva, T. Espindola
Skorjaw: M. Maia 11’ (B), A. Ciolacu 67’ (B), L. Ribeiro 69’ (GU), J. Pajovic OG 86’ (B), A. Diakite 90+3’ (B)
Imwissija: A. Diakite 28’ (B), K. Zammit 38’ (B), F. Romero 49’ (GU), L. Ribeiro 71’ (GU), E. Pepe 82’ (B)
Referee: Andrea Sciriha
Assistenti Referees: Alan Camilleri u Max-Lee Muscat
BOV Plejer tal-Logħba: A. Ciolacu (B)
Il-Mument Plejer tal-logħba: A. Ciolacu (B)
Fl-Istadium Nazzjonali Birkirkara ħadu l-massimu tal-punti mill-konfront kontra Gżira United fir-rebħa ta’ 3-2 biex b’hekk pattew għad-diżappunt tagħhom kontra Gudja United f’nofs il-ġimgħa.
L-ewwel azzjoni tal-partita tasal fil-11-il minuta minn Birkirkara, azzjoni li biha l-Karkariżi fetħu l-iskor. Kien l-attakkant Ciolacu li mill-lemin baqa’ javanza, bir-Rumen jitfa’ kross lejn in-nofs, fejn Maxuell Maia jixħet ġewwa għall-ewwel gowl tal-partita.
Kellna nistennew sal-35 minuta biex naraw azzjoni oħra fil-partita, din id-darba minn Gżira United, b’azzjoni personali mill-attakkant tal-Maroons Aldama, li avvanża għal ġol kaxxa l-kbira u minn posizzjoni angolata jara xutt tiegħu jgħaddi ftit barra mill-lasta Karkariża.
Birkirkara jżommu l-vantaġġ miksub fil-11-il minuta, sat-tisfira tat-tmiem l-ewwel taqsima mir-referee Andrea Sciriha.
Fil-55 minuta tasal l-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima, meta kien Jose Costa Silva ta’ Gżira United li pprova xutt minn barra l-kaxxa, bil-ballun jgħaddi ftit barra mill-wieqfa.
Jerġgħu jkunu Gżira, din id-darba fl-64 minuta permezz ta’ Andrew Borg mill-lemin jitfa’ kross lejn in-nofs, bl-attakkant Aldama jixxutja fil-goalkeeper Zapytowski.
Birkirkara jirduppjaw fis-67 minuta, din id-darba l-attakkant Rumen Ciolacu javvanza b’azzjoni personali, fejn daħal fil-kaxxa l-kbira u waħdu quddiem Zarkov ma żbaljax biex irdoppja l-iskor għal Birkirkara.
Gżira jnaqqsu l-iskor minuta wara, meta Lucas Oliviera qabad lill-goalkeeper Karkariż barra minn postu, bil-Brażiljan jittanta xortih u minn diversi metri bogħod mill-lasta Karkariża u jqabbeż il-ballun għal wara Zapytowski.
Ħames minuti mit-tmiem Gżira United iġibu draw, wara li Lucas Ribeiro mix-xellug jitfa’ kross lejn in-nofs, fejn il-ballun jiġi f’saqajn id-diffensur Karkariż Jovan Pajovic u bl-aktar mod sfortunat il-plejer Karkariż tefa’ fil-lasta tiegħu stess.
Mad-90 minuta logħob Gżira jkomplu jattakkaw biex jiksbu l-gowl tal-vantaġġ, din id-darba kien Kabar li ra x-xutt tiegħu salvat b’diffikultà mill-goalkeeper Karkariż Marcel Zapytowski.
Tlett minuti fuq il-ħin regolamentari b’kontra attakk veloċi Birkirkara jerggħu jmmoru fil-vantaġġ, din id-darba mill-plejer mill-Kosta ta’ Lavorju Ali Diakite.
Mat-tisfira finali tar-referee, Birkirkara ħadu 3 punti missielta u bżonjużi biex issa minn 11-il partita Birkirkara kisbu 17-il punt, filwaqt li Gżira United baqgħu ankrati lejn iż-żona tar-relegazzjoni bi 11-il punt.
(Ritratt: Josef Fitzpatrick)
//= $special ?>