Napoli kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Cagliari. Il-gowls f’din il-partita waslu fl-aħħar 20 minuta meta kienu Napoli li fetħu l-iskor permezz ta’ Victor Osimhen. Cagliari rrispondew żewġ minuti wara permezz ta’ Leonardo Pavoletti, iżda kwarta mit-tmiem, kien Khvicha Kvaratskhelia li għamilhom 2-1.
Lecce wkoll f’darhom kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Frosinone. Roberto Piccoli fetaħ l-iskor wara 11-il minuta. Frosinone ġabu l-iskor indaqs fit-33 minuta permezz ta’ penalty iżda fl-aħħar minuti tal-partita, kien Ylber Ramadani li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.
Ikompli wkoll l-istaġun pożittiv ta’ Torino li f’darhom kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Empoli. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fil-25 minuta permezz ta’ Duvan Zapata.
SERIE A
Illum: Lecce v Forsinone 2-1, Napoli v Cagliari 2-1, Torino v Empoli 1-0 Għada: Milan v Monza 12.30pm, Fiorentina v Verona 3.00pm, Udinese v Sassuolo 3.00pm, Bologna v Roma 6.00pm, Lazio v Inter 8.45pm