Illum fil-5.15 pm fuq Net Television jixxandar id-disa’ programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-programm it-tema ewlenija se tkun analiżi dwar dak li seħħ fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti matul l-2023. Charles Camenzuli intervista lil Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-KOM fejn kienu diskussi l-aspetti kollha ta’ parteċipazzjoni tal-KOM matul is-sena li waslet biex tintemm.
Fit-tieni parti tal-programm intervista ma’ Kevin Bonanno dwar id-dixxiplina tal-AIKIDO. Sport li minkejja li ilu stabbilit hawn Malta għal madwar 30 sena xorta huwa ġdid fix-xena lokali. Bonanno jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu f’Riyadh kif ukoll dwar l-iżvilupp li sar fl-aħħar snin.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa .
//= $special ?>