Lokali

Appell minn George Vella qabel il-ħatra tas-suċċessur tiegħu

F’Għawdex, il-President George Vella, tenna l-appell tieghu biex bħala pajjiż nitgħallmu nħarsu lil hinn mill-pika politika, inkella se jibda jeħel il-pajjiż – appell li twassal fl-isfond tal-fatt li l-pajjiż jinsab tliet xhur u nofs bogħod mill-ħatra tal-President tar-Repubblika li jmiss.

Fl-aħħar tad-diskors tiegħu fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika, il-President Vella qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar il-ġejjieni, u l-isfidi li l-poplu Malti u Għawdxi, speċjalment iż-żgħażagħ, ser ikun qed jaffaċja fiż-żmien li ġej. Il-President tenna l-fiduċja tiegħu fil-Maltin u l-Għawdxin; li bl-għaqal u l-kapaċitajiet, dejjem kisbu riżultati u laħqu miljiet importanti.

Il-President irrafera mill-ġdid għall-ostakli li ltaqa’ magħhom biex imexxi ’l quddiem il-proċess tal-Konvenzjoni dwar it-tibdil mixtieq fil-Kostituzzjoni.

Appati minn hekk, il-President Vella irrifletta fuq l-irwol ta’ president li jiddependi mill-kooperazzjoni ta’ ħafna entitajiet.

Intant, meta rrefera għas-sitwazzjoni internazzjonali…il-President tenna l-kundanna bla ebda riżerva għall-qtil ta’ nies innoċenti, jagħmlu min jagħmlu. U għamel talba sinċiera biex min bħalissa għandu s-saħħa f’idejh… iwaqqaf il-massakru li għaddej ta’ nies innoċenti, b’mod partikolari tfal.