Lokali

Ċamata oħra għal Robert Abela minn veteran Laburista

Ikompli joħroġ fid-deher id-diżgwid li hemm fi ħdan il-Partit Laburista hekk kif anke esponenti tal-Lejber stess qed jitfgħu dawl fuq il-problemi li hemm fi ħdan il-Partit Laburista.

F’intervista li saritlu minn Jon Mallia, l-eks Chairman tat-Tarzna u persuna assoċjata ferm mal-Partit Laburista Sammy Meilaq tefa’ dawl fuq il-problemi li qed jolqtu lill-Partit Laburista… fosthom dik li l-Partit għandu bżonn jinbidel. Meilaq żied jgħid li din jaf ma tkunx xi ħaġa faċli għax jidher li dawk fit-tmexxija mhuxmiex komdi li jsir dan it-tibdil.

“Jiena nemmen li l-Partit Laburista għandu bżonn upheavel minn isfel għal fuq fejn il-grassroots għandhom bżon jixxejkjaw waħda t-tmexxija għax hemm min jixtieq tmexxija aħjar fil-Partit Laburista imma l-kalkoli tiegħi huma li fit-tug of war bejn dawk li jridu improvement u dawk li ma jridux… iridu jimmobilizzaw isfel, il-grassroots.

Huwa tkellem fost l-oħrajn dwar it-tħassib tal-poplu Malti u Għawdxi inklużi tal-Laburisti stess dwar il-korruzzjoni u n-nuqqas ta’ governanza tajba.

“Jiena ma nafx Laburist wieħed li huwa ferħan bit-taħwid tal-korruzzjoni u tal-governanza.

L-attakki kontinwi u persistenti fuq livell intern tal-Partit Laburista stess fil-konfront tal-tmexxija ta’ Robert Abela qed jurtaw bis-sħiħ kemm lil Abela nnifsu kif ukoll lill-kitchen cabinett tiegħu.

Huma diversi l-kwistjonijiet li qed idejqu u jurtaw anke lil-Laburista stess fosthom il-korruzzjoni, in-nuqqas ta’ governanza tajba, l-isfreġju ambjentali, l-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-popolazzjoni.