Lokali

Dik li se tieħu post l-Air Malta tibda billi tbiegħed il-passiġġieri

Sorsi infurmati fl-industrija tal-avjazzjoni u bi snin twal ta’ involviment fin-negozju tal-ivvjaġġar, li fil-jiem li għaddew tkellmu ma’ Il-Mument, żvelaw magħna li kuntrarju għal dak antiċipat, il-kumpanija KM Malta li se tkun qegħda tieħu post il-kumpanija nazzjonali tal-ajru l-Air Malta, bdiet l-operat tagħha fuq binarji żbaljati.

Qalulna li huma kienu jistennew kampanja ta’ marketing professjonali biex il-kumpanija l-ġdida tal-ajru Maltija mhux biss tintroduċi lilha nnifisha fis-suq Malti u f’dak Ewropew, iżda billi tiffamiljarizza ruħha wkoll mal-aġenti tal-ivvjaġġar biex magħhom taħdem id f’id biex ikun hemm kollaborazzjoni qawwija bejniethom.

Imma jidher li min qiegħed jagħti l-pariri lill-Gvern jew lit-Tmexxija ta’ din il-kumpanija l-ġdida KM Malta jew ma jifhimx saħta, jew ma jifhimx fis-suq tal-avjazzjoni u n-negozju, jew hu maqtugħ mir-realtà jew saħansitra jrid – b’intenzjoni – jerġa’ jdaħħal il pajjiżna f’xi sqaq ieħor.

Qalilna espert anzjan fl-ivvjaġġar li: “Hu żball enormi li fl-ewwel stqarrija tagħha l-kumpanija introduċiet tariffa ta’ €15 għal kull min jaqta’ l-orħos biljett u jkun irid itella’ bagalja żgħira miegħu – hand luggage – li sa llum kienet mingħajr ħlas. €15 biex teħodha miegħu u €15 oħra biex tirritornaha miegħek. Dan x’sens nagħmel? Min ħareġ biha din?

“L-ewwel ħaġa hu żball kbir min kien qiegħed jaħseb li din il-linja tal-ajru hi waħda low cost bħal oħrajn li joperaw minn Malta,

imbagħad affarijiet bħal dawn litteralment ma jsirux għaliex il-klijenti – jiġifieri l-passiġġieri – mill-ewwel jibagħtuk issaqqi l-ħass tal-Marsa. L-affarijiet ma jsirux hekk.”

Qalilna dan l-espert anzjan fl-ivvjaġġar li dak li messha għamlet din il-kumpanija l-ġdida hu familjarizzazzjoni mal-Maltin u l-Għawdxin biex ikunu kburija biha hekk kif l-istess klijenti Maltin u Għawdxin se jkunu tilfu l-linja nazzjonali tal-ajru tagħhom li ilha sservihom għal xejn inqas minn ħamsin sena.

Din l-ewwel kontroversja dwar KM Malta nqalgħet hekk kif sar magħruf li l-passiġġieri li jaqtgħu biljett tal-ajru għal minn Marzu lil hemm u jkunu jridu jtellgħu magħhom is-solitu bagalja ċkejkna ta’ għaxar kilogrammi, se jkollhom jibdew iħallsu ħlas ta’ €15 għal kull vjaġġ b’din il-bagalja. Jiġifieri €30 għal vjaġġ bir-ritorn u dan meta sa issa din il-bagalja kienet tingħata lill-passiġġier mingħajr ebda ħlas.

Dan ifisser li dawk il-passiġġieri li jaqtgħu l-irħas biljett tal-ajru mal-linja KM Malta se jkollhom iħallsu biex ikunu jistgħu jtellgħu bagalja għaxar kilogrammi magħhom fuq l-ajruplan. Dan meta bħalissa mal-Air Malta, passiġġier jista’ jieħu bagalja kif ukoll baskett żgħir mingħajr ebda ħlas addizzjonali. Iżda dan se jinbidel mal-bidu tal-KM Malta.

Dan ifisser, dejjem skont ma kif inhuma l-affarijiet sa issa, li passiġġier li juża l-KM Malta minn Marzu li ġej, se jkun jista’ jtella’ miegħu biss baskett żgħir sakemm ma jħallasx ħlas addizzjonali biex ikun jista’ jieħu bagalja ta’ għaxar kilogrammi!

Jirriżulta li mill-erba’ tariffi ekonomiċi disponibbli mal-linja tal-ajru ġdida, iż-żewġ għażliet bi prezz ogħla biss, dawk economy plus u economy flex jinkludu bagalja ta’ għaxar kilogrammi.

Awtomatikament din l-aħbar xejn pożittiva qanqlet bosta reazzjonijiet negattivi mill-pubbliku inġenerali hekk kif il-linja nazzjonali tal-ajru ta’ pajjiżna minn dejjem offriet is-servizz ta’ bagalja b’xejn ma’ kull biljett tas-safar, iżda issa dak li qabel kien awtomatiku se jispiċċa u jsir bi ħlas ta’ €10.

Dawn huma wħud mir-reazzjonijiet fuq il-midja soċjali dwar dak li qed iseħħ fil-kumpannija li se tieħu post l-Air Malta.

Therese Spiteri: Typical! This is a very shortsighted stragedy!

Emanuel Baldacchino: With these new rules I think the authorities still hoping Air Malta will get into difficulties so they get the EU to help them out.

Paul Vella: Perfect excuse to continue flying other airlines!

Suzanne Friggieri: Very good start to attract more passengers. This is a very shortsighted strategy! Brian Cardona: We use other airlines… no problem.

Caroline Farrugia: Simple, we’ll find another airline!

Tony Borg: Imma għaliex ma sirna nagħmlu xejn sew. Anki mill-aspett ta’ marketing. Diżastru fil-veru sens. Flok kumpanija ġdida tal-ajru tipprova tkun friendly mal-klijenti u tagħżel approċċ pożittiv… tagħżel li tipprova ssir sinjura minn issa għal issa. Dan meta din l-airline anqas biss għadha kapaċi tfendi l-ewwel passi tagħha. Minn hawn nintebaħ kemm fit-tmexxija tal-pajjiż hawn Gvern dilettant u bla viżjoni.

Paul Aquilina: What I expected… from worst to absolute shot ducks. It’s no wonder it crashed and burned and it will only do the same now. So now expecting travelers to pay for a bag.

Adrian Agius: That’s a good start to attract passengers.

Noëel M. Farrugia: Checked some flights at random and the prices are extremely high compared to other airlines.

Priscilla Micallef: Mill-Milied sa San Stiefnu ħa tkampa mela!

Ramon Curmi: La hekk ridna… hekk nieħdu.

Leslie Pavia: The beginning of the end.

Liz Borg: Dawn bis-serjetà?!

Tajjeb li jingħad li l-iskeda ta’ KM Malta se tkun miftuħa bejn il-31 ta’ Marzu sas-26 ta’ Ottubru u se toffri titjiriet lejn 17-il ajruport internazzjonali fi 15-il belt fl-Ewropa fosthom Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, l-ajruport ta’ Gatwick u Heathrow f’Londra, Lyon, Madrid, Milan, Munich, l-ajruporti Charles de Gaulle u Orly f’Pariġi, Praga, Ruma, Vjenna u Zurich.