Internazzjonali

Ikomplu l-protesti f’Tel Aviv wara l-qtil ta’ tliet ostaġġi

Eluf ta’ persuni s-Sibt filgħaxija ngħaqdu fi protesta barra l-mużew tal-arti fil-kapitali ta’ Israel, Tel Aviv dan wara lil-forzi tad-difiża Iżraeljani qatlu tlett ostaġġi li kienu nqabdua mill-Hamas wara l-attakk terroristiku tagħhom f’Iżrael.

Dan l-inċident tefa’ pressjoni akbar fuq l-awtoritajiet Iżraeljani biex jinħelsu l-120 ostaġġ li għadhom miżmuma f’Gaza mill-Hamas. Il-militar iżraeljan qed jaffaċċja reżistenza qawwija f’Gaza mill-militanti tal-Hamas.

Uffiċċjali għolja tal-gvern Iżraeljan sostnew li dan il-qtil kien kompletament kontra r-regoli tal-militar Iżaeljan u għalhekk twaqqfet investigazzjoni biex jiġu stabbiliti l-fatti ta’ kif seħħ dan l-inċident.