Huwa maħsub li iktar minn 60 immigranti tilfu ħajjithom wara li għerqu fil-kosta Libjana.
Dawk li salvaw minn din l-għarqa qalu li d-dgħajsa telqet mill-belt ta’ Zuwara b’madwar 86 persuna abbord. Matul il-vjaġġ intlaqtu minn maltemp qawwi fejn 61 persuna fosthom nisa u tfal kienu rappurtati nieqsa.
Il-Libja hija fost il-pajjiżi ewlenin għat-tluq ta’ immigranti li jippruvaw jaqsmu l-Mediterran u jidħlu fl-Ewropa.
L-organizzazzoni intenazzjonali tal-immigranti tikkalkula li aktar minn 2,200 persuna għerqu waqt li ppruvaw jaqsmu matul din is-sena… li jagħmilha waħda mill-iktar rotot ta’ migrazzjoni perikolużi fid-dinja.
L-aġenzija tal-aħbarijiet AFP qalet li ħafna mill-vittmi tal-aħħar inċident kienu min-Niġerja, il-Gambja u pajjiżi Afrikani oħra. B’dawk li salvaw kienu trasferiti f’ċentru ta’ detenzjoni fil-Libja u ngħataw l-assistenza medika meħtieġa.
//= $special ?>