Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq: Prova oħra ta’ missila minkejja t-theddida mill-Istati Uniti

Il-Korea ta’ Fuq fl-aħħar sigħat sparat tip ta’ missila ballistika bi prova għal fuq il-baħar – b’din l-azzjoni tkun ikkonfermata għall-ewwel darba mill-gwardjani tal-kosta tal-Ġappun.

Il-prova mill-Korea komunista kellha sseħħ ftit sigħat biss wara li l-Istati Uniti wissiet li ‘kwalunkwe attakk nukleari  (mill-Korea ta’ Fuq) għandha twassal għat-tmiem tar-reġim fi Pyongyang immexxi minn Kim Jong-un’.

Il-Ġappun, li ilu attent għall-provokazzjonijiet mill-Korea ta’ Fuq, issa wissa lill-kaptani tal-bastimenti li qed jużaw bir-rotot tal-baħar fil-viċinanzi biex jibqgħu attenti għall-informazzjoni li tista’ tingħata fis-sigħat li ġejjin.

Il-militar tal-Korea t’Isfel ukoll ivverifika l-isparatura tal-missila mill-artijiet tal-ġar komunista waqt li konferma li l-missila kienet ‘tat-tip li tintuża għal fuq id-distanzi qosra’.