Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista huwa l-uniku partit li se jibqa’ jiddefendi lil pajjiżna u lill-poplu Malti u Għawdxi”- Bernard Grech

Il-Partit Nazzjonalsita huwa l-uniku partit li se jibqa’ jiddefendi lil pajjiżna u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grecch f’kollegament telefoniku li għamel il-Ħadd filgħodu fuq Net FM.

Huwa tkellem dwar il-kawza li fetah il-PN iktar kmieni din il-Ġimgħa fejn talab lill-Qorti sabiex l-avukat tal-istat jieħu azzjoni minnufih u jġib lura l-flus li nsterqu fid-deal li sar ma’ Vitals u Steward. Dan wara li l-Qorti stess kienet qalet li dan id-deal huwa frawdalenti.

Il-Kap tal-PN fakkar kif il-Qorti li qalet ukoll li l-Gvern kien kompliċi u involut f’korruzzjoni. Quddiem dan kollu, flimkien mad-Deputat Adrian Delia, il-Kap tal-PN fetħu kawża sabiex l-400 miljun jintraddu lura lill-poplu Malti u Għawdxi. Dan għaliex il-Prim Ministru Robert Abela  għadu sal-ġurnata tal-lum ma fetaħx kawża kontra Vitals u Steward sabiex iroddu lura lill-poplu Malti l-miljuni ta’ ewro li nsterqu fid-deal tat-tliet sptarijiet.

Bernard Grech qal li fil-kawża li preżenta l-PN huwa semma l-fatti magħrufa li jafhom kulħadd… li l-Gvern kien f’’kollużżjoni u kompliċi fil-frodi tal-isptatijiet.  

Quddiem dan kollu l-PN huwa kommess li jibqa’ jiddefendi lill-pajjiż u mhu se jħalli li ħadd jintimidah.

Fl-aħħar 10 xhur minn meta żewġ sentenzi tal-Qorti ddikkjaraw li d-deals ma’ Vitals u Steward kienu frawdolenti – il-Gvern għadu ma għamel xejn biex iġib lura flus il-poplu. Bl-arbitraġġ li hemm għaddej bħalissa infetaħ minn Steward, u mhux mill-Gvern.