Futbol Sport

Inter ikabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa fuq Lazio

(Ritratt: EPA)

Innter komplew ikabbru l-vantaġġ fil-klassifika, hekk kif għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk issa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, b’ 4 punti iktar mir-rivali Juventus fit-tieni post.

Il-captain u talisman Lautaro Martinez skorja l-ewwel gowl tal-partita wara 40 minuta logħob wara li kkappitalizza fuq il-pass żbaljat ta’ Marusic u għeleb lil Provedel,

Fis-66 minuta Marcus Thuram issiġilla r-rebħa għan-Nerazzuri b’xutt bix-xellug jispiċċa fix-xibka.

Lazio spiċċaw il-partita b’10 plejers hekk kif tkeċċa Manuel Lazzari wara li għadda kummenti żejda fil-konfront tar-referee Maresca.

Milan għelbu lil Monza bi prestazzjoni konvinċenti u bl-iskor finali jkun dak ta’ 3-0.

Kien Tijani Reinders li fetaħ l-iskor l-ewwel, bil-midfielder jirċievi l-ballun f’saqajh u wara azzjoni personali jegħleb lil Di Gregorio b’konklużjoni kalma.

Il-Rossoneri rduppjaw l-iskor fil-41 minuta permezz ta’ Jan-Carlo Simic. Debutt tal-ħolm għaż-żagħżuzgħ li sab ix-xibka mill-kross ta’ Leao.

It-tielet gowl ta’ Milan wasal fis-76 minuta permezz ta’ Noah Okafor, li kkonkluda azzjoni maħduma tajba minn sħabu, bis-suġġeriment finali jasal minn Giroud.

Gowl ta’ Lucas Beltran fit-78 minuta ta r-rebħa lil Fiorentina fuq Hellas Verona fl-Artemio Franchi.

Il-gowl wasal minn suġġeriment tal-attakkant laterali Franċiż Ikone, wara li d-difiża ta’ Verona ma kklerjatx il-periklu bil-ballun jaqa’ f’ saqajn Beltran, bil-plejer jixħet ġewwa għall-gowl tar-rebħa.

Draw missielet ta’ 2-2 bejn Udinese u Sassuolo, b’ Domenico Berardi għal darb’oħra jkun l-eroj tan- Neroverdi b’żewġ penalties fl-aħħar kwarta logħob.

L-attakkant proifiku Lorenzo Lucca kien l-ewwel li fetaħ l-iskor għal Udinese wara 36 minuta logħob mill-kross ta’ Pereyra.

L-ex attakkant ta’ Juventus Roberto Pereyra skorja t-tieni gowl ta’ Udinese fil-55 minuta meta għeleb lil Consigli b’konklużjoni kalma.

4 minuti wara bdew l-isfortuni ta’ Udinese hekk kif tkeċċa Martin Payero wara li kkometta foul fuq Erlic.
Fis-76 minuta wasal l-ewwel gowl ta’ Berardi u Sassuolo minn penalty li wasal mill-foul ta’ Ebosele fuq Pinamonti.
Fit-88 minuta penalty ieħor għal Sassuolo, b’ Domenico Berardi għal darb’oħra ma jiżbajax, din id-darba l-penalty wasal mill-foul ta’ Kabasele fuq Mulattieri.

Roma tilfu l-konfront barra darhom kontra Bologna bl-iskor ta’ 2-0.

Nikola Moro fetaħ l-iskor għal Bologna wara 37 minuta b’xutt minn ġol kaxxa ż-żgħira mill-kross baxx u preċiż ta’ Ndoye.

Fid-49 minuta Bologna għamluhom 2-0, din id-darba mill-autogowl ta Rasmus Kristensen, bid-difensur Daniż jipprova jikklerja t-tentattiv ta’ Ndoye, madankollu ma rnexxielux jitfa’ l-ballun barra u xeħet fix-xibka tiegħu stess.

Il-Ġimgħa
Genoa v Juventus 1-1
Is-Sibt
Lecce v Frosinone 2-1
Napoli v Cagliari 2-1
Torino v Empoli 1-0
Illum
Milan v Monza 3-0
Fiorentina v Verona 1-0
Udinese v Sassuolo 2-2
Bologna v Roma 2-0
Lazio v Inter 0-2
Għada
Atalanta v Salernitana 8:45pm