Il-Pulizija fi Greater Manchester qed tiddetermina jekk tiftaħx investigazzjoni kriminali dwar l-għajbien tal-ġuvni Alex Batty li fl-aħħar sigħat irritorna pajjiżu minn Franza fejn kien ilu nieqes għal sitt snin. Alex kien għadu tifel meta, fl-2017, sparixxa waqt li fuq btala fi Franza flimkien ma’ ommu u nannuh.
In-nanna tal-adolexxenti — Susan Caruana – għandha nisel Malti u mistenni li l-investigazzjoni, ‘il quddiem, tikkonċentra fuq jekk Alex Batty, tul is-snin, setax inżamm priġunier ta’ xi kolt spiritwali. L-omm tal-adolexxenti, li llum għandu 17-il sena, mgħandhiex id-dritt għall-kustodju ta’ binha u fil-preżent ħadd ma jaf il-lokalità tagħha.
Sadanittant, kelliema għall-Pulizija ta’ Manchester qalu li l-Korp għad irid jiddetermina u jikkonferma ċ-ċirkustanzi marbuta mal-għajbien ta’ Alex Batty.
Dan wara li Alex, ftit tal-jiem ilu, instab mis-sewwieq ta’ karozza li kien rah miexi waħdu fi triq fiz-zona tal-Muntanji tal-Pyrenees viċin il-belt ta’ Toulouse.
//= $special ?>