Futbol Sport

Liverpool miżmuma minn Manchester United f’Anfield

(Ritratt: EPA)

Liverpool temmew fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Manchester United f’Anfield, minkejja l-bosta okkażjonijiet għall-gowl li kellhom iż-żewġ timijiet.

Dan ir-riżultat jitfa’ lil Liverpool fit-tieni post b’ 38 punt wara 17-il partita, punt taħt Arsenal li rebħu l-konfront tagħhom illum.

Il-Gunners kisbu rebħa missieta ta’ 2-0 fuq Brighton, bil-gowls kollha jaslu fit-tieni taqsima.

L-ewwel gowl wasal fit-53 minuta mill-attakkant Brażiljan Gabriel Jesus, li xeħet ġewwa bir-ras minn korner.

L-aħħar gowl wasal fis-87 minuta minn Kai Havertz mis-suġġeriment ta’ Eddie Nketiah.

Aston Villa dawwru telfa f’rebħa u komplew il-forma impekkabli tagħhom b’rebħa ta’ 2-1 fuq Brentford.

Keane-Lewis Potter kien il-plejer li sab ix-xibka għal Brentford wara tett kwarti logħob, b’xutt fir-rokna t’isfel tax-xelllug.

Żewġ gowls fl-aħħar kwarta logħob għal Aston Villa, b’ Alex Moreno jixħet ġewwa l-ewwel mill-asssist ta’ Leon Bailey, b’ Ollie Watkins jiskorja l-gowl tar-rebħa fit-85 minuta b’daqqa ta’ ras.

Aston Villa temmew il-partita b’10 plejers wara li tkeċċa Boubacar Kamara fl-aħħar sekondi tal-logħba.

Rebħa meritata għal West Ham kontra Woves bl-iskor ta’ 3-0, b’ Kudus isib ix-xibka fuq żewġ okkażjonijiet.

L-ewwel gowl tal-Hammers wasal fit-22 minuta, permezz tal-midfieder avvanzat, Mohammed Kudus li b’xutt minn barra ‘l kaxxa għeleb għal kollox lil goalkeeper.

Għaxar minuti wara, l-istess Kudus sab ix-xibka minn kontrattakk ta’ Lucas Paqueta.

Jarrod Bowen skorja l-aħħar u t-tielet gowl tat-tim tiegħu, b’ Lucas Paqueta għal darb’oħra jkun fiċ-ċentru tal-azzjoni tal-gowl b’suġġeriment ieħor.

Il-Ġimgħa
Nottingham F. v Tottenham 0-2
Is-Sibt
Bournemouth v Luton abbandunata
Chelsea v Sheffield U. 2-0
Man.City v C.Palace 2-2
Newcastle U. v Fulham 3-0
Burnley v Everton 0-2
Illum
Arsenal v Brighton 2-0
Brentford v Aston Villa 1-2
West Ham v Wolves 3-0
Liverpool v Man. Utd 0-0