NAXXAR LIONS……………………1
SLIEMA WANDERERS…………..4
Naxxar L: M.Debono, N.Micallef, F.Pereira (R.Mercieca 80’), N.Pace Cocks (A.Azzopardi 80’), R. De Carvalho, E. Farias (M.Fenech 76’), R. Cassar, T.Yamaguchi (J.Ellul 58’), E. Conceicao (M. Da Silva 46’), W. Marcillo, J. Cardoso
Sliema W: R. Al Tumi (T.Aquilina 81’), J.Borg, V.Plut, M.Beerman (I. Dos Santos 81’), E.Agius (J. Engerer 76’) ,D. Kouao (L.Micallef 76’), N.Frendo, B.Murillo, G.Acheampong , S. Gomes (M.Awad 76’)
Tkeċċa: W. Marcilio 38′ (N)
Imwissija: E. Conceicao (N), E.Agius (S)
Skorjaw: E. Agius 15’, V.Plut 45’, G.Acheampong 59’, 69’ (S) N.Micallef 54’ (N)
Referee: Malcom Spiteri
Assistant Referees: Alan Camilleri u Mark Ciantar
BOV plejer tal-logħba: Geoffrey Acheampong (S)
Sliema Wanderers kisbu rebħa konvinċenti fuq Naxxar Lions bl-iskor finali jkun 4-1.
L-ewwel taqsima xejn tajba għal Lions, hekk kif wara kwarta logħob Sliema fetħu l-iskor permezz ta’ Edmong Agius li tefa’ fix-xibka wara li d-difiża ta’ Naxxar ma rnexxielhom jikklerjaw il-periklu.
Fit-38 minuta, Naxxar spiċċaw jilagħbu b’10 plejers hekk William Marcilio ntwera l-karta ħamra.
Ftit mumenti qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-Wanderers għamlu l-iskor 2-0 permezz tal-attakkant prolifiku Vito Plut, li minn suġġeriment ta’ Agius għeleb lil Debono mill-viċin.
Naxxar ħarġu ħafna aħjar fit-tieni taqsima, fejn saħansitra anka skorjaw l-unika gowl tagħhom fl-54 minuta permezz ta’ Nikolai Micallef li mill-pass tas-sostitut De Sousa ma żbaljax u waħdu quddiem Al Tumi kompla l-ballun fix-xibka.
5 minuti wara, Sliema għal darb’oħra kabbru l-iskor b’żewġ gowls, din id-darba Geoffrey Acheampong iniżżel ismu mal-iskorers.
Fit-68 minuta waslet l-aħħar azzjoni denja ta’ nota fil-partita, li rriżultat ukoll fir-raba’ gowl ta’ Sliema, meta mill-pass tad-difensur laterali Beerman, Acheampong għal darb’ oħra jsib ix-xibka u jikkonferma r-rebħa tant meritat lit-tim tiegħu.
//= $special ?>