Lokali

Tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’San Pawl il-Baħar

Mara ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tat-8:15 fi Triq Ġulju.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza misjuqa minn Libjan ta’ 55 sena residenti s-Swieqi.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.