Il-Prim Ministru Robert Abela, il-ministri u s-segretarji parlamentari ma weġbux 750 mistoqsija parlamentari magħmulha lilhom fil-parlament mill-elezzjoni li għaddiet lil hawn.
Dan jirriżuta minn informazzjoni mogħtija fil-parlament mill-Ispeaker Anġlu Farrugia għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.
Jirriżulta li l-aktar ministru li ma weġibx mistoqsijiet hu l-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima b’173 mistoqsija mhux imwieġba u warajh hemm il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo li ma weġibx 77 mistoqsija parlamentari.
Il-ministri Anton Refalo u Aaron Farrugia ma weġbux 67 mistoqsija parlamentari kull wieħed. Kienu l-ministri Julia Farrugia Portelli u Jo Etienne Abela li wieġbu l-aktar mistoqsijiet parlamentari għalkemm xorta ma wieġbux kollox.
Il-Prim Ministru Robert Abela ma weġibx 14-il mistoqsija parlamentari, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ma weġibx 27, il-Ministru Owen Bonnici ma weġibx 36, il-Ministru Ian Borg ma weġibx 14, il-Ministru Michael Falzon ma weġibx 56, il-Ministru Roderick Galdes ma weġibx 13, il-Ministru Silvio Schembri ma weġibx 54, il-Ministru Julia Farrugia Portelli ma weġbitx 10.
Il-ministri Clint Camilleri u Byron Camilleri ma weġbux 20 kull wieħed, il-Ministru Miriam Dalli ma weġbitx 19, il-Ministru Clyde Caruana ma weġibx 15, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi ma weġibx 36, il-Ministru Jonathan Attard ma weġibx 22 u l-Ministru Jo Etienne Abela ma weġibx 10 mistoqsijiet parlamentari.
//= $special ?>