Atalanta kisbu rebħa ta’ 4-1 fuq Salernitana minkejja li marru fl-iżvantaġġ kmieni fil-partita.
Salernitana fil-vantaġġ wara għaxar minuti permezz ta’ Lorenzo Pirola. Erba’ gowls fit-tieni taqsima mit-tim ta’ Gian Piero Gasperini dawwru l-iskor favur Atalanta, bil-gowls ikunu skorjati minn Luis Muriel, Mario Pasalic De Ketelaere u Aleksey Miranchuk.