Wayne Pace rebaħ ir-raba’ tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Blackball 2024 meta fil-finali tal-irġiel għeleb lil Scott Muscat 10-6.
Fil-finali ta’ taħt it-18-il sena, Steven Muscat għeleb lil Chaylon Castaldi 9-6 filwaqt li f’dik ta’ taħt it-23 sena, kien Matthias Debono li ddomina meta għeleb lil Casdy Vella 9-2.
Rudolph Gellel rebaħ lil Kevin Schembri 10-7 fil-finali ta’ ‘l fuq minn 40 sena filwaqt li Jason Mangion kellu suċċess fil-finali Masters 50+ wara rebħa ta’ 10-3 kontra Conrad Catania.
Intant bdew jintagħżlu l-plejers għat-tim nazzjonali Malti skont il-punti li kisbu fit-tournaments li qed jintlagħbu.
Sa issa Johan Attard – Irġiel, Jake Castaldi – Taħt it-18 -il sena , Daniel Vella – Taħt it-23 sena, Rudolph Gellel – ‘l Fuq minn 40 sena u Jason Mangion fil-Masters ‘l fuq minn 50 sena se jkunu parti mill-kontinġent Malti għal-logħob li se jsir fi Bridlington.
//= $special ?>