Eluf evakwati, mitjar mgħarraq u kukkudrilli fit-toroq.
Din hija s-sitwazzjoni fit-Tramuntana ta’ Queensland, fl-Awstralja, hekk kif għargħar qawwija laqtu z-zona b’diversi residenti maqbuda fuq is-soqfa tad-djar.
Dak li l-awtoritajiet qed jiddeskrivu bħala l-agħar għargħar fir-reġjun Awstraljan, kaġun tal-maltemp estrem ikkawżat miċ-ċiklun tropikali, wassal biex niżlet xita daqskemm ma tinżel matul sena sħiħa.. f’perjodu ta’ ftit sigħat.
Ritratti u filmati urew l-ajruport ta’ Cairns mgħarraq, bl-ajruplani nofshom taħt l-ilma, u nies jaħarbu fuq id-dgħajjes…qalb id-djar.
S’issa, fortunatament, ma ġew irrapportati ebda fatalitajiet jew persuni nieqsa…b’mijiet oħrajn ikollhom bżonn jiġu salvati – inkluż il-qabda ta’ kukkudrill li ħareġ minn spiera.
Il-Belt ta’ Cairns u l-irħula tal-madwar ikunu l-aktar li ġarbu d-daqqa taċ-ċiklun, b’xita li tkejjel iż-żewġ metri.
Esperti saħqu li x-xita qalila mistennija tissokta matul il-jum ta’ Tnejn u saħansitra t-Tlieta…bil-biża’ li l-livell tax-xmajjar jgħola drastikament.
Intant, l-uffiċjali tal-istat qed jistmaw li dan id-diżastru misteni jiswa ‘il fuq minn biljun dollaru Awstraljan.
