Lokali

Il-Kap Eżekuttiv ta’ MyAffiliates rikonoxxuta bħala waħda mill-iktar nisa influwenti fl-Industrija tal-Gaming

Il-Kap Eżekuttiv ta’ MyAffiliates, Clemence Dujardin ġiet rikonoxxuta mill-magazine Amerikan, iGaming Business bħala waħda mill-iktar nisa influwenti fl-Industrija tal-Gaming.

Il-magazine kien ġie mnedi fl-2003 u jiffoka fuq in-negozji fl-industrija tal-online gaming madwar id-dinja. Ir-rikonoxximent li ngħata lill-impjegata ta’ MyAffiliates, pjattaforma għall-kummerċ fejn toffri spazju lill-operaturi tal-iGaming biex ikollhom il-prodotti tagħhom f’sistema waħda.

Dan ir-rikonoxximent hu magħruf li jingħata kull sena lil dawk in-nisa li taw kontribuzzjoni u ħallew impatt sinifikanti fis-settur tal-gaming. Bix-xogħol ta’ Dujardin ikun rikonoxxut fl-edizzjoni ta’ din is-sena.

Il-kumpanija MyAffiliates qalet li dan ir-rikonoxximent kien ferm xieraq għal Dujardin li uriet reżiljenza f’xogħolha tant li kienet instrument tant importanti sabiex il-kumpanija tkompli tikber.