Għawdex Lokali Transport

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta jattakka lill-għaqdiet b’logħob politiku

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, Transport Malta ikkonfermat illi laqgħa importanti li kellha skedata ma’ numru ta’ ngo’s ġiet posposta fl-aħħar minuta minn naħa tagħhom.

Fil-jiem li għaddew, dawn l-għaqdiet ikkundannaw l-aġir ta’ Transport Malta kif ukoll tal-Awtorita Marittima wara li ħassru l-laqgħa b’rabta mal-e-bikes u l-e-scooters abbord il-fast ferry.

Il-laqgħa kienet skedata għall-Ġimgħa fid-9 ta’ filgħodu iżda din spiċċat tħassret ftit minuti biss qabel kellha tibda; bil-membri tal-għaqdiet li wħud minnhom huma Għawdxin, kienu diġa’ fi triqthom lejn l-uffiċċji ta’ Transport Malta f’Ħal Lija jew saħansitra kienu waslu fil-post.

Din il-laqgħa kellha ssir wara li Moviment Graffitti, l-għaqda Rota u Friends of the Earth Malta urew dubji serji dwar in-nuqqas ta’ serjeta minn naħa ta’ Transport Malta – għalkemm fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv Jonathan Borg qal illi mhux lest jilgħab dak li fi kliemu sejjaħ “logħob politiku”.