Lokali

Il-Kulleġġ San Albert inedi ktieb għat-tfal bl-isem ta’ ‘Baqbaq u Xplaħħ’

Il-Kulleġġ San Albert il-Kbir nedew ktieb bl-isem ta’ ‘Baqbaq u Xplaħħ’ bħala parti mill-proġett iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti li saret it-tnedija tiegħu nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru fil-preżenza tar-Rettur tal-Kulleġġ u l-Kap tal-Iskola Primarja P. Aaron Zahra OP u l-Assistent Kap is-Sur Steve Tabone u rappreżentatni mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Matul is-sena skolastika 2022-2023, Pupazzi kienu il-mistiedna speċjali waqt lezzjonijiet dinamiċi. L-artist Sean Briffa ingħaqad mal-għalliema biex jigwidaw lill-istudenti fi vjaġġ impenjattiv. Dan il-proġett għandu għal qalbu l-lingwa Maltija u b’mod crosskurrikulari, l-istudenti daħlu iżjed fil-fond tal-lingwa speċjalment f’kunċetti bħal sillabi, kuluri, nomi u aġġettivi. Saħansitra huma ngħataw iċ-ċans jittraduċu l-għarfien ġdid tagħhom f’espressjonijiet artistiċi bħal kanzunetti u żfin minsuġa fil-prestazzjoni finali tagħhom fuq il-palk tal-istess Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir.

Permezz tal-imaġinazzjoni tal-istudenti tal-ewwel u t-tieni sena tal-Kulleġġ, dan il-progett jagħlaq is-separju tiegħu b’pubblikazzjoni ta’ ktieb ikkulurit u interattiv, fejn membri tal-istaff ikkollaboraw b’mod volontarju. L-Artist, Sean Briffa flimkien mal-Kooridnatur u Lay Chaplain tal-Kulleġġ, Carlo Fenech taw ħajja lil ‘Baqbaq u lil Xplaħħ’, filwaqt li Daniela Schembri, l-għalliema tat-tieni sena addatat l-istorja għall-ktieb.

L-istorja tal-ktieb tibbaża fuq il-Professur impulsiv u eċċentriku Baqbaq jibda ħbiberija ma’ Xplaħħ, ħlejqa extra-terrestri b’interess kbir fil-pjaneta tagħna. Waqt li kien qed jipprova jibni portal biex iġib lil Xplaħħ fid-Dinja tagħna, il-professur aċċidentalment trasforma ruħu f’Widnet il-Baħar u ħalla lil Xplaħħ fuq il-pjaneta tiegħu tant ‘il bogħod.

L-għalliema komplementari Marilyn Fenech u l-Assistent kap għall-iskola medja Christina Sammut ħadu
ħsieb il-qari tal-provi. L-illustrazjonijiet vibranti ta’ dan il ktieb ħa ħsiebom ukoll, Carlo Fenech.