Lokali Parlament

Il-parlament jirrikonoxxi l-ħidma tal-Iskrivan tal-Kamra Ray Scicluna li rtira mix-xogħol


Il-parlament jaġġorna għall-btajjel tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena 2024


Il-parlament Malti llum rrikonoxxa l-ħidma li wettaq l-Iskrivan tal-Kamra Ray Scicluna li rtira mix-xogħol tiegħu wara karreira twila jagħti s-servizzi tiegħu fil-parlament Malti.


It-tislima lil Ray Scicluna saret fi tmiem seduta li fiha l-parlament ivvota fuq diversi liġijiet, li kien approvati fi stadji differenti tagħhom.


Fit-tislima lil Ray Scicluna tkellmu l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernrd Grech, il-Whip tal-Gvern Andy Ellul u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar. Għal din l-okkażjoni attendew il-ħaddiema kollha tal-parlament li kienu fl-Istrangers Gallery.


Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ressaq mozzjoni ta’ apprezzament għall-mod kif qeda dmiru Ray Scicluna minn meda daħal fis-servizz pubbliku fl-1978 u għall-ħidma tiegħu bħala Skrivan tal-Kamra fil-perjodu bejn l-2012 u l-2023.


Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech rringrazzja lil Ray Sicluna għas-servizz kbir u sellimlu bħala Skrivan tal-Kamra leali lejn il-parlament.


Il-Whip Laburista Andy Ellul qal li Ray Scuclina ra ħafna avvenimenti politiċi quddiemu fil-parlament u kien ħabib professjonali tad-deputati kollha. Il-Whip Laburista kompla li Ray Scicluna għandu sens ta’ umoriżmu u hu enċiklopedija kbira dwar il-ħidma tal-parlament.


Il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar qal li din hi ġurnata ta dieqa għaliex f’Ray Scicluna, il-parlament Malti se jitlef persuna li tant ħadem b’impenn, lealtà u umiltà. Id-deputat Nazzjonalista faħħar l-effiċjenza tal-ħaddiema tal-parlament u qal li dan hu mertu tal-eżempju li ta Ray Scicluna. Hu sostna li Ray Scicluna jgħożż il-valur tal-familja u kien iżomm kuntatt kontinwu ma’ ommu anki waqt il-ħidma tiegħu bħala Skrivan tal-Kamra.


Robert Cutajar qal li Ray Scicluna ta eżempju lill-parlament li ma ttieħed qatt; meta kien imur il-parlament bir-rota flok bil-karozza.


L-Ispeaker tal-parlament Anġlu Farrugia qal li meta daħal fil-parament fl-1996, Ray Scicluna kien diġà jaħdem fil-parlament. Hu sostna li l-pariri li kien jagħti Ray Sciclua kienu dejjem ta’ importanza u kien kuraġġjuż tant li kien jitkellem fejn ma kienx jaqbel.


L-Ispeaker irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-parlament għall-ħidma dedikata tagħhom. Għal Ray Scicluna l-familja tiġi l-ewwel, sostna l-Ispeaker, li appella biex dan il-valur jibqa’ jingħata prijorità fis-soċjetà.


F’messaġġ qasir qbel aġġorna l-parlament, Ray Scicluna irringrazzja lid-deputati kollha u lill-familja tiegħu għall-appoġġ li huma tawh fil-ħidma tiegħu.


Wara din iċ-ċerminonja l-parlament kien aġġornat għat-8 ta’ Jannar 2024.