Lokali

Ivvjaġġa ma’ Tallinja fit-23 ta’ Diċembru u għin biex jinġabru fondi għal l-Istrina

Malta Public Transport qed tniedi s-seba’ edizzjoni tagħha ta’ Tallinja għal L-Istrina nhar is-Sibt, 23 ta’ Diċembru 2023, b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-President. L-għan primarju ta’ din l-inizjattiva huwa li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).

Din l-inizjattiva ta’ karità tenfasizza l-impenn ta’ Malta Public Transport li tagħti lura lill-komunità. Għal kull vjaġġ li jagħmlu l-klijenti f’dik il-ġurnata, inklużi dawk li jagħmlu użu mill-iskema tat-trasport b’xejn, Malta Public Transport se tagħti donazzjoni. Fi kliem sempliċi, aktar ma nies jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja dakinhar, aktar se jinġabru kontribuzzjonijiet għall-kawża nobbli tal-MCCF.

Bejn l-2016 u l-2022, Malta Public Transport ikkontribwixxiet ‘l fuq minn €234,000 lill-MCCFF.

Felipe Cosmen, iċ-Chairman ta’ Malta Public Transport, stqarr, “Id-dedikazzjoni tagħna lejn l-Istrina kibret f’avveniment annwali li jgħaqqadna mal-komunità b’appoġġ għal din il-kawża nobbli. Inħeġġu lill-pubbliku biex jivvjaġġaw magħna biex ngħinu lil dawk inqas ixxurtjati billi jużaw is-servizzi tal-karozzi tal-linja tagħna f’dan il-jum.”

Tags