Internazzjonali

Karozza tibqa’ dieħla f’waħda mill-vetturi li kienu qed jakkumpanjaw lill-President Amerikan

Is-Servizzi Sigrieti Amerikani kkonfermaw li karozza tat-tip Ford misjuqa minn persuna jew persuni mhux magħrufa laqtet waħda mill-karozzi li kienu qed jakkumpanjaw lill-President tal-Istati Uniti fiż-żjara li kien qed jagħmel f’ Wilmington, Delaware, il-Ħadd filgħaxija.

Is-sewwieq prova jkompli fi triqtu, iżda membri tas-Servizzi Sigrieti waqqfuh u ġegħlu s-sewwieq jerfa’ idejħ minn fuq l-istering.

Il-ġurnalisti li kienu qegħdin isewgu kollox mill-qrib intalbu jitilqu minn fuq il-post.

Kien hemm numru ta’ nies li kkumentaw kif is-Servizzi Sigriet donnhom inħasdu b’dak li ġara u damu ma ħadu azzjoni.

Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident, u li l-President Biden flimkien ma’ martu u l-kumplament tal-istaff komplew bil-programm li kellhom kif mistenni.