Faisal Iddrisu ta’ 34 sena mill-Ghana li huwa akkużat bi qtil doppju ta’ mara u raġel fil-Marsa ta’ spiss kien jiġġieled mar-raġel maqtul fuq kwistjoni ta’ kera. Dan ħareġ mix-xhieda ta’ żewġ immigranti li xehdu quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella meta kompliet il-kumpilazzjoni li fiha qed jinġabru l-provi qabel mal-akkużat jgħaddi ġuri.
Ir-raġel jinsab mixli bil-qtil ta’ Joe Bartolo, ta’ 73 sena, u s-sieħba tiegħu Carmen Abela, li kellha 56 sena. Il-qtil kien seħħ fil-15 ta’ Ottubru li għadda f’remissa fil-Marsa li fiha kien jgħixu numru ta’ immigranti. Huwa qed jiġi akkużat ukoll li weġġa’ gravi mara Niġerjana u li weġġa’ ħafif raġel ieħor Niġerjan, kif ukoll akkużi relatati ma’ reżistenza għall-arrest, ħsara fil-proprjetà privata, li ma obdiex ordnijiet legali tal-pulizija u li weġġa’ ħafif uffiċjal tal-pulizija.
Koro Vigaros u Christian Odola, xehdu quddiem il-Qorti fejn qalu li huma kienu jgħixu fl-istess post. It-tnejn qalu li l-akkużat u Bartolo kienu jargumentaw ħafna dwar il-kera. Vigaros saħaq li Bartolo darba kien talab lill-akkużat jieħu flusu lura u jitlaq ‘il barra u kien iddispjaċih li daħħlu f’daru.
Odola minn naħa tiegħu sostna li meta Bartolo kien ikun rieqed l-akkużat kien jidħol jorqod f’daru mingħajr ma jħallsu u għalhekk kienu jsiru diversi battibekki. Xehdu wkoll żewġ pulizija, is-Surġenti Damian Caruana u Sarah Jane Ellul, li kienu fost il-pulizija li dakinhar tad-delitt marru fuq il-post.
Is-Surġent Caruana qal li l-akkużat ipprova jaħrab minn fuq il-post imma kien arrestat u kif fuq il-post instab imqass kbir li jintuża f’siti ta’ kostruzzjoni. Huwa beda x-xhieda tiegħu billi qal nhar il-Ħadd 15 ta’ Ottubru ġewwa l-għassa tal-Ħamrun irċevew telefonata li qed isir argument b’arma.
“Infurmajna is-Surġent tal-għassa. Fuq il-post marru l-Pulizija u Surġenta bdiet tgħajjat għall-assistenza li kienet għada kemm rat xena makabra. Mort fq il-post mal-Ispettura u mas-Supretendent u kif wasalt ilmaħt ragel bilqiegħda fuq il-bankina u flokk hdejh.
“Ġejt infurmat mill-Pulzija tal-kavalerija li kienu l-ewwel fuq il-post. U huma nfurmawni li r-raġel kien il-persuna li ghamel ir-rapport. Il-persuna irriħulta li jismu Efeiali Ezek. Staqsejtu x’ġara u weġibni bl-Ingliż, ‘I don’t know what happened, I was inside my sisters room, we were sleeping, the people told us to kill them and after he opened our room and he started to hit my sister, I told him don’t hit her’ (lill-aggressur) but he continue to hit her with an iron’.
Ftit wara beda jaghti lili wkoll u bdejna nimbuttaw lil xulxin. (ix-xhud u l-aggressur). Ir-raġel ipprova jiftaħ il-gate biex isaqsi lill-landlords(vittmi) biex jifhem x’ġara għax kien fi stat ta’ paniku u l-akkużat lix-xhud qallu “I already killed them (jirreferi ghal-landlords) x-xhud staqsa ghala? U l-akkużat ħarab minn fuq il-post.
“Gew il-pulizija, sabu l-akkużat, arrestawh, L-akkużat waqt l-arrest fera’ lil wieħed mill-Pulzija tal-RIU, aktar tard l-pulizija ħadu l-akkużat ghal kura medika għax kellu xi ġrieħi f’wiċċu. Il-ħadida ħaduha il-Ġulzija tal-kavallarija. Il-ħadida irriħulta li kienet imqass kbir li tintuża f’siti taż kostruzzjoni,” temm jgħid ix-xhud..
Is-Surġent Ellul qalet li rat lill-akkużat jipprova jaħrab imma nqabad waqt li ddeskriviet ix-xena orribbli ta’ fejn kien hemm il-vittmi fuq il-post kif ukoll immigranti oħra li kellhom ġrieħi. Il-kumpilazzjoni se tkompli tinstema’ fis-27 ta’ Diċembru. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa’ mill-Avukati Kaylie Bonett u Ramon Bonett Sladden mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mill-Ispetturi Kurt Zahra u Wayne Camilleri. L-Avukati Joe Brincat u Julia Micallef Stafrace qed jidhru għall-akkużat waqt li l-Avukati Franco Debono u Jason Azzopardi qed jidhru f’isem il-familji tal-vittmi.
//= $special ?>