Futbol Sport

Napoli kontra Barcelona fost il-partiti mir-round tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League

It-Tnejn waranofsinhar f’Nyon, ittellgħu il-poloz tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League. Poloz xi ftit iebsa għat-timijiet Taljani b’Napoli se jkunu qed jaffaċċjaw lil Barcelona, Inter lil Atletico Madrid filwaqt li Lazio jisfidaw lill-ġganti tal-Ġermanja Bayern Munich.

Il-poloz kollha huma dawn:

FC Porto vs Arsenal
Napoli vs Barcelona
Paris vs Real Sociedad
Inter vs Atlético Madrid
PSV vs Dortmund
Lazio vs Bayern Munich
Copenhagen vs Man City
Leipzig vs Real Madrid

Il-logħob mill-ewwel leg se jkunu qed jintlagħabu fit-13,14, 20 u 21 ta’ Frar filwaqt li t-tieni leg jintlagħab fil-5,6, 12 u 13 ta’ Marzu 2024