Il-Partit Progressiv tal-President tas-Serbja, Serbian Progressive Party (SNS) mill-ġdid rebaħ l-elezzjonijiet fis-Serbja, bl-appoġġ ta’ 47% tal-elettorat. Waqt li l-Partiti Politiċi l-oħra, li għandhom biss madwar 23.1% tal-maġoranza, qegħdin jittmaw li jelbu lil-Partit tal-President, Aleksander Vuvic fl-elezzjonijiet ta’ Belgrade.
Intant f’kummenti li ta’ Vucic qal li huwa essenzjali li l-partit tiegħu jikseb il-maġġoranza assoluta, hekk kif huwa mistenni li jirbħu 127 siġġu minn 250 siġġu fl-Assemblea Nazzjonali, hekk kif żied jgħid li hu ser ikun qed jagħmel minn kollox biex il-Partit SPP ma jitlifx voti minkejja li hu ma kienx qed jikompeti għal elezzjonijiet.
Il-Partit Progressiv, ilu jigverna sa mis-sena 2012, madanakollu kien hemm 3 elezzjonijiet fl-aħħar tlett snin minħabba pressjoni politika, l-aktar wara li kien hemm żewġ sparaturi f’Mejju li għada fejn 19-il persuna spiċċaw inqatlu. Kien f’dan il-mument meta inħoloq il-partit Serbia Against Violence.
F’kummenti li ta Miroslav Aleksic, il-mexxej tal-oppożizjoni qal li kien hemm persuni li ma jgħixux f’Blegrade illi ingħataw il-permess li jivvutaw, biex b’hekk qajjem suspetti serji li din l-elezzjoni ma kinitx waħda ġusta.
//= $special ?>