Tkompla l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Table Tennis Association HITT Academy WH Middle East komplew bis-serje pożittiva tagħhom fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta ftit sabu diffikultà sabiex għelbu lil Alpha Gewo 6-0.
HITT Academy ddominaw għal kollox fejn kisbu tlett punti oħra li bihom saħħew posthom fl-ewwel post tal-klassifika. Topspin TT Academy Valletta Pay Andro jinsabu fit-tieni post tal-klassifika wara rebħa ta’ 4-2 kontra HITT Academy Home Trends.
Alpha Calleja Ltd wkoll rebħu bl-istess skor kontra Mosta Gunners filwaqt li HITT Academy Mosta Dome B & B kisbu rebħa faċli ta’ 5-1 kontra HITT Academy Tibhar.
//= $special ?>