L-armata Iżraeljana qed tgħid li sabet l-ikbar mina taħt l-art f’Gaza li l-Hamas kien qed juża biex iwettaq l-attakki tiegħu. Mina li hija kbira biżżejjed biex tgħadi vettura, u li bla dubju ta’ xejn skond il-militar Iżraeljan ħadet is-snin biex inbniet.
Għall-ewwel darba minn meta bdiet il-gwerra trakkijiet mimlija b’għajnuna umanitarja tħallew jidħlu f’Gaza minn Iżrael. Minkejja dan ħaddiema li qed iwasslu lgħajnuna umanitarja f’isem in-Nazzzjonijiet Uniti qalu li qed issir dejjem iżjed diffiċli biex din l-għajnuna tkun imqassma f’dan it-teritorju li tant għandu bżonn għajnuna.
Intant, minkejja li l-pressjoni kemm minn pajjiżu stess kif ukoll internazzjonalment, il-Prim Ministru Iżraeljan qed ikompli jirifjuta li jwaqqaf l-attakki fuq tal-Hamas. Dan wara li fl-aħħar siegħat it-talba għal waqfin mill-glied f’Gaza u biex jinstab qbil ġiet ukoll mir-Renju Unit, il-Ġermanja u Franza. Dan wara li aktar kmieni il-ġimgħa li għadiet kemm ir-Renju Unit kif ukoll il-Ġermanjia astjenew milli jivutaw fir-riżoluzzjoni mressqa min-Nqazzjonijiet Uniti sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied f’Gaza.
//= $special ?>