Internazzjonali

Terremot fiċ-Ċina: 126 persuna mejta, 580 midruba

Terremot ta’ qawwa 6.2 fuq l-iskala Richter li laqat ir-reġjun tat-Tramutana taċ-Ċina ħalla 126 persuna mejta u mijiet oħra midruba, filwaqt li qed jiġi stmat li hemm mill-inqas 20 persuna oħra mitlufa. It-thezziziet inħassu il-fuq minn mitt kilometru ‘l bogħod.

Ir-Reġjun ta’ Qinghai-Tibetan hu magħruf għall-attivata’ sismika, fejn fl 2008 terremot ħalla kwazi 70,000 persuna mejta.

It-temperaturi preżenti qed ifixklu sew lit-timijiet ta’ salvaġġ minħabba t-temperaturi taħt iz-zero li kienu qed jaħkmu lill-pajjiż fl-aħħar ġranet. Skond Wang Duo, espert tas-salvataġġ, l-ewwel tnejn u sebgħin siegħa huma krucjali, iżda l-bard qed jillimita dan il-perjodu.

Dan it-terremot hu l-agħar wieħed mill-2014, fejn kienu mietu madwar 600 persuna fil-provinċja ta’ Yunnan.