Futbol Sport

Carabao Cup: Fulham, Chelsea u Middlesbrough javvanzaw

(Ritratt: EPA)

Fil-kwartifinali tal-Carabao Cup fl-Ingilterra avvanzaw għas-semifinali, Fulham, Chelsea u Middlesbrough, b’rebħiet fuq Everton, Newcastle u Port Vale rispettivament.

Fulham avvanzaw wara l-għoti tal-penalties wara li l-partita kontra Everton intemmet fi draw ta’ 1-1 sad-90 minuta u kienu huma li permezz tal-penalties kwalifikaw bl-iskor ta’ 6-7.

L-istess għamlu Chelsea hekk kif il-partita kontra Newcastle ntemmet fi draw ta’ 1-1. Kienu Newcastle li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Callum Wilson kmieni fil-partita, iżda lejn it-tmiem kien Mykhaylo Mudryk li ġab l-iskor indaqs. Fl-għoti tal-penalties kienu Chelsea li ħarġu rebbieħa 4-2.

Middlesbrough barra minn darhom kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq Port Vale.

CARABAO CUP
Ilbieraħ

Everton v Fulham 1-1 (6-7pen)
Port Vale v Middlesbrough 0-3
Chelsea v Newcastle 1-1(4-2pen)
Illum
Liverpool v West Ham 9.00pm