Birżebbuġa St Peter’s Futsal telgħu fil-ħames post tal-klassifika tal-Enemed Futsal League wara li għelbu lil Sliema Futsal 9-0.
Birżebbuġa kellhom lil Julien Bollard protagonista meta skorja tliet gowls b’Denim Parnis, Sean Parnis, Dale Vella, Kieran Debono, Dylan Bonnici u Artem Mitielov jiskorjaw il-bqija tal-gowls.
Żurrieq Bormla xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lis-selezzjoni Maltija ta’ Taħt it-18-il sena 5-3. Jose Rodrigo da Silva skorja żewġ gowls għal Żurrieq Bormla filwaqt li Jovica Milijic, Karl Sciortino u Mohammed Elamari skorjaw gowl kull wieħed. Brave Azzopardi skorja tlett gowls għas-Selezzjoni ta’ Taħt it-18-il sena.
Mill-istess Kampjonat, Marsaskala Futsal kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Gżira United Santa Margerita 17-1. Pavlo Bekesha għal Marsaskala skorja sitt gowls, Amir Ashtiyani skorja erba’ gowls, Owen Duca tliet gowls u Zack Cocker żewġ gowls filwaqt li Ryan Pisani u Josef Balzan skorjaw gowl kull wieħed. Nazzareno Abela skorja l-uniku gowl għal Gżira United Santa Margerita.
//= $special ?>