Internazzjonali

Ikomplu jiżdiedu l-vittmi tal-kunflitt fil-Medda ta’ Gaza

L-aħħar attakki Iżraeljani li seħħew matul il-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta ħallew minn tal-inqas tlettax-il persuna mejta u iktar minn 75 persuna midruba f’attakk li seħħ fuq kamp tar-refuġjati Jabalia lejn it-Tramuntana ta’ Gaza.

Dan hekk kif matul il-lejl komplew l-attakki bl-ajru kemm lejn it-Tramuntana kif ukoll lejn in-Nofsinha ta’ Gaza.. bil-militar Iżraeljan qal li kien qed iwettaq operazzjonijiet kontra l-infrastruttua terroristika tal-Hamas.

Fi tmiem il-ġimgħa, il-Ministeru tas-saħħa immexxi mill-Hamas qal li li b’kollox inqatlu iktar minn 100 persuna f’din iz-zona.

U f’attakk separat 20 persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu wara li attakki matul il-lejl laqtu l-belt ta’ Rafah fin-Nofsinhar ta’ Iżrael. L-aġenzij tal-aħbarijiet Palestinjana Wafas qalet li x’aktarx wieħed mill-mejta huwa ġurnalist, Adel Zourub.

Intant il-Hamas ippubblikaw filmat li juri tliet ostaġġi anzjani Iżraeljani… dan hekk kif il-Hamas qed tagħmel pressjoni fuq Iżrael sabiex jaqbel mal-ftehim ġdid għall-ħelsien tal-ostaġġi.

L-ostaġġi huma tliet irġiel… ta’ 85, 79 u 80 sena rispettivament… bil-qraba tagħhom jinsabu inkwetati ferm peress li fil-filmati jinsabu fi stat ħażin ta’ saħħa.