Il-kunċert mużikali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Cecilja organizzat mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda din is-sena ttella’ nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru fis-7pm fit-Teatru Manoel, taħt il-patroċinju ta’ George Vella President ta’ Malta.
Dan il-kunċert ttella’ mill-Banda Ċittadina Sliema taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone.
Din is-sena l-kuncert kien qed ifakkar ukoll il-100 Sena Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Sliema li kien iċċelebrat matul din is-sena.
Fl-aħħar tal-Kunċert, Dr Noel Camilleri, President tal-Għaqda Każini tal-Banda, għamel preżentazzjoni ta’ rikonoxximent lill-President tas-Soċjetà Filarmonika Sliema, is-Sur Jesmond Vella, fejn ukoll faħħar lill-Banda Sliema u lis-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone għall-mużika ferm impenjattiva li ndaqqet matul dan il-Programm.
Minn naħa tiegħu l-President tas-Soċjetà iddedika dan il-Kunċert Mużikali lil dawk il-membri kollha li ħadmu u ħallewna matul dawn il-100 sena kemm ilha mwaqqfa din is-Soċjetà.
//= $special ?>