Oħt Celine Dion qalet illi l-kantanta m’għandha l-ebda kontrol fuq il-muskoli tagħha minħabba l-marda rari li qiegħda ssofri minnha, bl-isem stiff-person syndrome (SPS).
Sena ilu Celine Dion kienet ħabbret illi qiegħda ssofri minn din il-marda li tikkawża muscle stiffness u spasms. Wara li ħassret it-tour hi spjegat kif bdiet issibha diffiċli biex timxi u li l-kordi vokali ma baqgħux jaħdmu sew.
Dan wassal biex tħassar ukoll il-kunċert li kellu jsir Malta.
Claudette Dion, oħt il-kantanta, qalet li x-xewqa kbira ta’ Celine Dion hi li tirritorna fuq il-palk; iżda għadhom mhumiex ċerti meta dan jista’ jseħħ. Hi fakkret illi l-esperti għadhom ma sabux kura għal din il-marda minħabba li hija rari, tant illi wasslet biex ħafna jitilfu t-tama.
Ix-xjentisti stqarrew illi l-marda SPS twassal sabiex kull min qed ibati minnha jitlef il-possibilità li jimxi u jkollhom ċertu biża’ meta jiġu biex joħorġu mid-dar minħabba l-istorbju fit-toroq li jista jwassal għal spasms.
//= $special ?>