Il-Qorti tal-Maġistrati f’sentenza li tagħat fuq każ ta’ moħqrija tal-anninmali tirrakkomanda li meta jsiru spezzjonijiet, apparti għar-ritratti li jittieħdu, wasal iż-żmien li jkun meħud ukoll filmat biex aktar jaghti
sfond lir-ritratti w lill-każ innifsu. Tali filmat ikun isservi biex jimmanifesta first-hand id-dettalji u ċirkostanzi tal-ispezzjoni nnifisha kif ukoll ta-riżultanzi tagħha.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech għamlet din l-osservazzjoni fil-każ ta’ Andrew Briffa li ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena wara li nstab ħati li s-sena l-oħra kien qed iżomm il-kelb marbut u jħallih mal-garaxx, bla lqugħ, f’Ħal Qormi.
Fil-Qorti, sabitu ħati li ġiegħel lill-kelb ibati għax ma kienx qed iżommu kif xieraq. Il-prosekuzzjoni spjegat li Briffa tressaq il-Qorti peress li fit-28 ta’ Frar tal-2022 żewġ Spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali ntalbu jispezzjonaw il-post tal-akkużat wara li l-istess Dipartiment daħallu rapport li kien hemm kelb li kien qed ikun dejjem marbut.
Fil-fatt irriżulta li l-kelb kien marbut “b’ħabel ta’ żewġ metri” ma’ banju biswit garaxx, bla ma kellu fejn jistkenn. Il-banju kien ukoll b’ilma maħmuġ u li l-kelb kien mistenni jixrob minnu. Meta ġie interrogat u mistoqsi għalfejn il-kelb kien marbut, Briffa qal li kien jagħmel dan biex il-kelb ma jagħmillux ħsara fl-uċuħ tar-raba’.
Briffa qalilhom ukoll li l-kelb kellu biżżejjed kenn għax kien hemm siġra. Fuq dan il-punt il-Qorti ma qablitx u qalet li donnu li l-akkużat nesa li x-xahar ta’ Frar mhux normalment ikun xemx, anzi tagħmel ukoll ix-xita wkoll u li minn bejn il-weraq u z-zkuk tinżel ix-xita u l-kelb jispiċċa jixxarrab.
Il-Qorti qalet ukoll iżda li ma tarax li l-għemil tal-imputat jimmerita li għandu jkun projbit milli jżomm
annimali aktar, iżda wkoll peress din l-emenda fil-liġi ġiet introdotta kważi sena wara l-ispezzjoni w d-data msemmija fl-imputazzjonijiet. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elliot Magro.


