Lokali Qorti

Immultat €250 wara li saq mingħajr liċenzja

Owen Schembri ta’ 21 sena minn Ħal Kirkop ġie mmultat €250 wara li saq mingħajr liċenzja.

Il-każ seħħ f’Settembru tas-sena li għaddiet hekk kif kien involut f’inċident bil-mutur fiż-Żurrieq, b’Uffiċjal ta’ Transport Malta kien ikkonferma li meta seħħ l-inċident Schembri ma’ kellux liċenzja tas-sewqan.

Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace rappreżentant mill-kumpanija tal-assigurazzjoni kien xehed li l-mutur li kien qiegħed isuq iż-żagħżugħ kien assigurat fuq persuna oħra.

Kien għalhekk li l-Qorti ma sabitx liż-żagħżugħ ħati li saq vettura mingħajr assigurazzjoni, bil-Maġistrat tgħid li għalkemm ix-xufier kien differenti l-mutur xorta waħda kellu insurance.

Dan iż-żagħżugħ flimkien ma’ Leon Debono jinsabu mixlija fi proceduri separati illi qatlu lil Saviour Gaffarena permezz ta’ sparatura kif ukoll li darrbu lil-kuġin tal-vittma. Akkużi li għalihom iż-żagħżugħ kien wieġeb mhux ħati u kien inħeles fuq pleġġ ta’ €50,000.

Huwa kien ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €15,000 kif ukoll garanzija personali ta’ €35,000.