Internazzjonali

Jonathan Majors, l-attur tal-films ta’ Marvel instab ħati li aggredixxa lill-eks tfajla tiegħu

L-attur Amerikan Jonathan Majors, magħruf l-aktar għal parti ta’ Kang the Conquerer fil-film ta’ Marvel; Ant Man and the Wasp: Quantamania, instab ħati li aggredixxa lill-eks tfajla tiegħu.

Grace Jabbari li hija żefiena mir-Renju Unit, spjegat fil-Qorti li hi spiċċat b’subgħajha imfekkek, kif ukoll b’numru ta’ grif u anka qatgħa fuq in-naħa ta’ wara ta’ widneja. L-inċident seħħ meta hi kienet flimkien ma’ Majors fil-karozza u qrat messaġġ li hu rċieva fuq il-mobile mingħand mara oħra, u hekk kif prova joħdilha il-mobile minn idejha, weġġagħha.

Majors qiegħed jaffaċja sa sena ħabs u barra minnhekk huwa mhux se jkun jista’ jkompli l-irwol tiegħu mal-kumpanija Marvel hekk kif hu kien mistenni li jieħu sehem fit-tieni staġun tas-serje Loki.