L-Awtorità tal-Ippjanar approvat permess ta’ binja ta’ blokka ta’ 43 appartament f’għalqa fl-Imqabba. Dan minkejja in-numru kbir ta’ nies li opponew għal din il-binja fosthom numru ta’ NGO’s, il-Kunsill Lokali tal-Imqabba u anka residenti.
Din il-blokka ta’ appartamenti ta’ ħames sulari li ser tinbena fi Triq George Martin, se tkun ukoll akkumpanjata minn parkeġġ taħt l-art. L-applikanti ta’ din il-binja huma CF Developers Limited, kumpanija li Joseph Portelli huwa wieħed mix-shareholders tagħha.
Il-Kunsill Lokali tal-Imqabba qal li din il-blokka ta’ appartamenti se jkolla impatt negattiv fuq dawk li jgħixu f’din iz-zona, u ser twassal ukoll għal iżjed traffiku, waqt li naturalment ser tirriżulta f’inqas spazzju ta’ ħdura.
Intant, Nature Trust qalet li din l-art tinsab ‘il fuq miz-zona sigura tal-ilma ta’ taħt l-art, waqt li BirdLife Malta qalet li din l-art hija art agrikola u għalhekk m’għandix tiġi skavata.
//= $special ?>