Internazzjonali Temp

L-għargħar fi Queensland: Irħula iżolati hekk kif il-provvisti naqsu sew

L-għargħar fi Queensland fl-Awstralja beda jbatti iżda ħafna rħula qegħdin jesperjenzaw nuqqas kbira ta’ provvisti. Dan filwaqt li tfaċċaw ukoll ammonti kbar ta’ kukkudrilli li spiċċaw tkaxkru mix-xmajjar.

Din is-sitwazzjoni ħolqot paniku fejn bosta nies ġew imġiegħla joħorġu minn darhom minħabba l-maltemp.

L-awtoritajiet ta’ Queensland stqarrew li x-xita naqqset u l-livelli tax-xmajjar ukoll bdew jonqsu. Minkejja dan, rapporti qed jindikaw li hemm raġel ta’ 85 sena nieqes. Dan filwaqt li 20 persuna ġew salvati minn Wujal Wujal minn ħelikopter militari.

L-ajruport ta’ Cairns ingħalaq wara li l-ajruplani spiċċaw taħt l-ilma, iżda huwa mistenni li jerġa’ jiftaħ matul il-jiem li ġejjien.

Il-Prim Ministru tal-Awstralja, Anthony Albanese, qal li se jgħin finanzjarjament lil dawk li spiċċaw bla dar.