‘Reazzjoni tajba wara li sofrejna l-gowl’
- Mauro Camoranesi, kowċ Floriana FC
‘Din hija l-ewwel logħba li konna fi żvantaġġ u hawn rajt ir-reazzjoni tal-plejers u ovvjament ninsab kuntent’ Kliem il-kowċ ta’ Floriana Mauro Camoranesi wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Marsaxlokk biex b’hekk żamm il-kmand tal-klassifika. Huwa kompla jżid. ‘Fl-ewwel taqsima Marsaxlokk kienu aħjar fejn tant kienet viċin il-logħba li setgħet spiċċat fi draw jew saħansitra rebħu huma. Aktar mir-riżultat kuntent ukoll li l-iskwadra tagħna hija waħda ħajja, waħda li ilha taħdem mill-pre-season fuq ħafna affarijiet u wirjiet bħal dawn jawguraw tajjeb għall-futur’.
‘Minkejja r-riżultat kuntent bil-wirja tal-plejers’
- Winston Muscat, kowċ Marsaxlokk FC
‘Il-logħba tal-futbol ma’ tintlagħbx fuq 45 minuta biss iżda fuq 90 minuta.’ Dan kien l-ewwel kumment li lissen il-kowċ ta’ Marsaxlokk Winston Muscat wara t-telfa kontra Floriana. Muscat kompla hekk. ‘ Konna nafu li Floriana ser jippressawna fit-tieni taqsima fejn stajna morna żewġ gowls minn fuq. Imma mill-banda l-oħra kuntent bir-reazzjoni tal-plejers meta konna minn taħt. Nafu wkoll li Floriana għandhom skwadra twila ħafna u għandhom aktar soluzzjonijiet. It-tlett punti ma’ ġewx iżda minkejja li stajna konna aktar attenti, kuntent bil-wirja tal-plejers’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Floriana | 11 | 29 |
| Ħamrun Spartans | 11 | 26 |
| Sliema Wanderers | 11 | 22 |
| Marsaxlokk | 11 | 19 |
| Hibernians | 11 | 17 |
| Birkirkara | 11 | 17 |
| Naxxar Lions | 11 | 16 |
| Balzan | 11 | 14 |
| Gżira United | 11 | 11 |
| Valletta | 11 | 11 |
| Mosta | 11 | 11 |
| Gudja Unted | 11 | 6 |
| Sirens | 11 | 6 |
| Santa Lucia | 11 | 6 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 9 |
| Kemar Reid (Floriana) | 8 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 7 |
| Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 7 |
| Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 6 |
| Andrei Ciolacu (Birkirkara) | 6 |
| Federico Falcone (Valletta) | 5 |
| Giannis Bastianos (Hibernians) | 5 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 6 ta’ Jannar, 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Ħamrun S. – Floriana
5.00pm Gżira Utd. – Sta Lucia
Il-Ħadd 7 ta’ Jannar, 2024
Centenary Stadium
11.00am Sliema W. – Gudja Utd.
Stadium Nazzjonali
2.00pm Sirens – B’Kara
4.15pm Valletta – Naxxar L.
Tony Bezzina Stadium
2.00pm M’Xlokk – Hibs
4.15pm Mosta – Balzan
//= $special ?>

