Manchester City nhar il-Ġimgħa se jkunu qed jilagħbu kontra Fluminese fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs wara li għelbu lil Urawa Red Diamonds bl-iskor ta’ 3-0.
Manchester City marru fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ permezz ta’ awto-gowl ta’ Marius Hoibraten. Fit-tieni taqsima, City komplew fejn ħallew u għamluhom 2-0 fit-52 minuta permezz ta’ Mateo Kovacic. Seba’ minuti wara t-tim ta’ Pep Guardiola għalaq il-partita bit-tielet gowl skorjat minn Bernardo Silva.