Futbol Sport

Napoli eliminati mill-Coppa Italia

(Ritratt: EPA)

B’sorpriża, Napoli kienu eliminati mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-Coppa Italia meta f’darhom kienu megħluba 4-0 minn Frosinone.

Il-gowls li fissru kwalifikazzjoni għal Frosinone waslu f’temp ta’ ħames minuti fit-tieni taqsima meta l-ewwel kien Enzo Barrenechea fil-65 minuta u mbagħad kien Giusepppe Caso fis-70 minuta li għamilhom 2-0. Lejn it-tmiem Frosinone skorjaw żewġ gowls oħra permezz ta’ penalty ta’ Walid Cheddira u Abdou Harroui.

COPPA ITALIA

Ilbieraħ

Napoli v Frosinone 0-4

Illum

Inter v Bologna 9.00pm